Saturday, June 22, 2024

L-Italja u Spanja wkoll se jtaffu l-miżuri ta’ lockdown

Aqra wkoll

L-Italja u Spanja huma fost dawk il-pajjiżi Ewropej bl-aktar miżuri ta’ lockdown iebsin biex jilqgħu għall-pandemija tal-Covid-19. Madankollu llum ħabbru li se jkunu qed itaffu wħud mill-miżuri meħudin.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li l-industrija tal-manifattura Taljana se tkun qed tiftaħ mill-ġdid fl-4 ta’ Mejju li ġej, iżda l-iskejjel mistennijin li jibqgħu magħluqin sa Settembru li ġej. Spanja min-naħa l-oħra se tkun qed tippermetti mixjiet għall-familji u attività fiżika individwali mit-2 ta’ Mejju li ġej.

F’nofs April il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lill-Gvernijiet Ewropej biex jikkordinaw l-istrateġiji tagħhom għall-ħruġ mis-sitwazzjoni ta’ lockdown. Filwaqt li l-Italja se tkun l-iskejjel wara s-sajf, il-Belġju mistenni li jiftaħ l-iskejjel fit-18 ta’ Mejju, u Franza fil-11 ta’ Mejju.

Ekonomija

Sport