Saturday, May 4, 2024

Ħabat f’karozza tal-Pulizija sabiex jipprova jaħrab lill-Pulizija

Aqra wkoll

Żagħżugħ arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Kalkara ġie arrestat wara li pprova jaħrab mill-Pulizija wara li allegatament kien qiegħed ikun segwit b’rabta ma’ suspett ta’ traffikar ta’ droga.

Kien proprju lbieraħ, għall-ħabta tal-11:30 p.m, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, fil- Kalkara kienu qegħdin isegwu vettura Toyota Corsa meta sejħu għall-għajnuna.

Waqt li kienu fi Triq ix-Xatt, żewġ vetturi tar-Rapid Intervention Unit (RIU) għalqu t-triq sabiex iwaqqfu l-vettura li kienet qed tkun segwita. Minkejja li l-vetturi tal-Pulizija kellhom d-dwal mixgħulin, it-Toyota Corsa baqgħet dieħla f’waħda mill-vetturi tal-Pulizija, bil-konsegwenza li Kuntistabbli tal-Pulizija ġarrab xi ġrieħi.

Mal-ħabta, ix-xufier ħareġ mill-vettura u telaq jiġri fid-direzzjoni tax-xatt tal-Kalkara, fejn għamel ħsara fuq vettura oħra tas-servizz. Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tar-RIU bdew isegwuh, qabduh u arrestawh.

Minn tfittxija li saret fuq is-sewwieq, iż-żagħżugħ ta’ 20 sena nstab fil-pussess ta’ sustanzi llegali suspettati kokaina u eroina, waqt li minn aktar stħarriġ li sar irriżulta li s-sewwieq ma kellux liċenzja tas-sewqan, kif ukoll il-vettura li kien qiegħed isuq kellha l-liċenzja skaduta.

Il-Kuntistabbli ttiehed ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskawdra ta’ Kontra d-Droga u tad-Distrett ta’ Bormla. Iż- żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m quddiem il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit LL.D.

Sport