Monday, May 13, 2024

“Ħabbejtuni tul dawn id-9 snin… inkompli nieħu ħsiebkom u n-nies tat-tieni distrett”

Aqra wkoll

Intemm uffiċjalment l-irwol tagħha bħala Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli, irwol li tgħid li ġarret b’responsabbiltà u serjetà. Qalet li dan kien titlu li selfuha l-Bormliżi u li hija tant kienet kburija.

Hija issa ġiet maħtura bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, hija qalet: “Ħabbejtuni tul dawn id-disa’ snin u jien ħabbejtkom mhux inqas. Issa se nkompli nieħu ħsiebkom u nieħu ħsieb lin-nies tat-tieni distrett.”

Hija awgurat lis-Sindku l-ġdid Marco Agius, lill-viċi Sindku Noyah Spiteri Hammett u lill-kunsilliera James Cauchi, Melanie Agius Attard, Martin Vella u Johann Scerri għal aktar ħidma.

Ma naqasx ukoll ringrazzjament lill-ħaddiema kollha li dejjem urew magħha rispett u mħabba.

“Grazzi lill-Bormliżi u kull min mexa miegħi din il-mixja sabiħa. Inħares ‘il quddiem għal aktar ħidma fl-irwol il-ġdid,” temmet tgħid Zerafa Civelli.

Sport