L-Awstraljan Brenton Tarrant kien ikkundannat għomru l-ħabs mingħajr parole, l-ewwel persuna fl-istorja ta’ New Zealand li rċieva din is-sentenza.
Tarrant, ta’ 29 sena, ammetta li qatel 51 persuna f’żewġ moskej fi New Zealand, li pprova joqtol 40 oħra u akkuża dwar terroriżmu. L-Imħallef li sema’ l-każ ta’ Tarrant sejjaħ l-azzjonijiet tiegħu bħala “inumani” u żied li huwa “ma wera l-ebda ħniena” fl-attakki li wettaq.
Is-sentenza tiegħu timmarka wkoll l-ewwel kundanna dwar terroriżmu fl-istorja ta’ New Zealand.
“Ir-reati tiegħek tant huma ħżiena li anke jekk inti tibqa’ miżmum sakemm tmut, mhux biżżejjed biex tpatti għal dak li wettaqt,” qal l-Imħallef Cameron Mander li ppresjeda l-Qorti fi Christchurch.