Thursday, October 10, 2024

Il-vouchers jistgħu jerġgħu jinħarġu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern qed jikkunsidra jekk jerġa’ joħroġx il-vouchers li tant għenu lill-ekonomija tiffaċċja l-problemi maħluqa mill-Covid-19.

Biex jistimula l-ekonomija l-Gvern alloka madwar €44 miljun biex jitqassmu f’vawċers lil dawk li jgħixu Malta.

Kull persuna li għandha 16-il sena jew aktar irċeviet €100 f’vawċers li €80 setgħu jintefqu f’lukandi u restoranti mentri l-€20 l-oħra jintefqu fi ħwienet.

Il-vawċers kienu milqugħa b’mod pożittiv tant li bosta stabbilimenti u negozji raw ċaqliqa fil-bejgħ tagħhom grazzi għalihom kemm jekk akkomodazzjoni f’lukandi, ikliet fir-restoranti u bejgħ minn ħwienet.

Kien hemm negozji li anke issuġġerixxew li jerġgħu jinħarġu bil-President tal-MHRA Tony Zahra jissuġġerixxi li dan jiġri fi żmien il-Milied.

Dan il-ġurnal jinsab infurmat li l-Gvern qed jikkunsidra li joħroġ b’inċentivi ġodda biex ikompli jqajjem l-ekonomija u b’hekk iħares l-impjiegi.

Għalkemm għad mhux magħruf fiex se tkun tikkonsisti din l-għajnuna, huwa mifhum li fil-jiem li ġejjin se jingħataw dettalji f’dan ir-rigward.

Huma madwar 340,000 il-persuni li rċevew il-vawċers li huma validi sa Settembru.

Sport