Saturday, December 21, 2024

Ħabs u multa għal Ingliż fuq traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 30 sena li jgħix in-Naxxar kien ikkundannat ħames snin u sitt xhur ħabs kif ukoll ġie immultat €10,000 wara li ammetta involviment fit-traffikar tad-droga.

Thomas James Appleby kellu jibda għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera imma għażel li jammetti.

Huwa ġie akkużat li fit-12 ta’ Ġunju 2019 ftiehem ma’ persuni oħra biex jittraffika l-kannabis, li kien fil-pussess tal-imsemmija droga u anke li biegħha.

Appleby kien ammetta malli tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati imma l-każ tiegħu kellu jiġi deċiż fil-Qorti Kriminali.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li jeħel ħames snin u sitt xhur ħabs kif ukoll multa ta’ €10,000 bl-istess imħallef taċċettat dan il-ftehim u għalhekk ikkundannatu għall-imsemmija piena.

Ekonomija

Sport