Sunday, December 22, 2024

Ħabta bejn numru ta’ vetturi tħalli żewġt irġiel bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 91 sena minn San Ġwann u ieħor ta’ 84 sena minn Tas-Sliema ġarrbu ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’ħabta bejn għadd ta’ karozzi fil-Belt.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15a.m. fi Triq Papa Piju V, il-Belt Valletta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-inċident seħħ bejn Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 91 sena residenti San Ġwann, u Honda Civic misjuqa minn Ingliża ta’ 66 sena residenti Ħal Lija. Konsegwentement, l-Opel Corsa, li fiha kien hemm ukoll raġel ta’ 84 sena residenti Tas-Sliema, ħabtet ma’ erba’ vetturi li kienu pparkjati. 

Tim mediku ta l-għajnuna, ambulanza ħadet lill-irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport