Sunday, December 22, 2024

Ħabta bejn żewġ ferroviji fl-Italja tħalli bosta passiġġieri midruba

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 17-il persuna jinsabu feruti, hekk kif fl-Italja l-Ħadd filgħaxija seħħet ħabta bejn żewġ ferroviji.

L-inċident seħħ fuq il-binarju li jgħaqqad Bologna u Rimini, speċifikament bejn il-belt ta’ Faenza u l-komun ta’ Forli.

F’kumment li ta kelliem għas-servizz tat-tifi tan-nar qal li l-maġġorparti ta’ dawk li ndarbu, ma jinsabux bi ġrieħi serji jew gravi. Huwa żied jgħid li l-ħabta seħħet b’veloċità baxxa ħafna. Bħalissa b’rabta ma’ dan il-każ, hemm investigazzjoni għaddejja, sabiex jiġu determinati ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inċident.

Din il-ħabta seħħet tliet xhur wara l-inċident traġiku li jmur lura għall-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, fejn ħames ħaddiema tal-ferroviji tilfu ħajjithom waqt li kenu għaddejjin b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni matul il-lejl.

Ekonomija

Sport