Wednesday, July 24, 2024

Table-tennis: Panathinaikos u Santa Tecla Nulvi jirbħu l-grupp rispettiv tagħhom tal-Europa Cup

Aqra wkoll

Panathinaikos tal-Greċja u Santa Tecla Nulvi tal-Italja rebħu l-grupp ta’ kwalifikazzjoni rispettiv tagħhom fl-Europa Cup li saret f’pajjiżna fi tmiem din il-ġimgħa.

Kemm il-Griegi kif ukoll it-Taljani spiċċaw fl-ewwel post wara sensiela ta’ riżultati pożittivi bil-plejers tagħhom jimpressjonaw b’table tennis veloċi u mill-aqwa.

Aktar tard ingħaqdu magħhom TTC Radnicki 1972 li fid-decider għal min spiċċa fit-tieni post rebħu d-derby tas-Serbja kontra Table Tennis Club Zeleznicar 3-0.

Fl-azzjoni għal darb’oħra kien hemm il-Maltin ta’ MITTC li ġew megħluba 3-2 kontra Panathinaikos. Minkejja l-qawwa tal-avversarji, il-Maltin taw wirja mill-aqwa fejn dejjem kienu fil-logħba. Fuq kulħadd spikka l-plejer Amir Abbasi li rebaħ kull logħba li lagħab għat-tim tiegħu u kien wieħed mill-plejers ta’ suċċess f’dan it-turnament.

Ekonomija

Sport