Ilbieraħ, għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat traffiku fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ vetturi – Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti s Swieqi u Toyota IQ misjuqa minn Taljan ta’ 19-il sena. Fil-Volkswagen, kien hemm ukoll mara ta’ 48 sena residenti s-Swieqi.
Huma ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara kif ukoll it-Taljan ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.