Dan is-sit jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-11.30 p.m. ċediet gallarija fi Triq l-Ifran, il-Belt, fejn kawża ta’ dan vettura li kienet fl-akkwati sofriet xi ħsarat.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Talk.mt li fortunament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.