Sunday, October 27, 2024

“Ħaddieħor ibeżża’ li se jitilqu l-kumpaniji… 2,000 persuna ġdida fis-settur tal-gaming f’sena waħda biss”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-indirizz tiegħu waqt attività politika minn ġewwa Ħal Tarxien, bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri fakkar li mindu nħatar Prim Ministru, Dr Abela affaċċja numru ta’ sfidi fosthom pandemija, beda jmexxi fi kriżi politika, kriżi soċjali u kollha fi ftit xhur biss. Il-Ministru Schembri qal li dawn l-isfidi kollha Dr Abela elibhom b’suċċess.

Qal li mill-post fejn jinsabu llum, ingħataw bidu ta’ riformi b’saħħithom ħafna għall-PL iżda wkoll għall-pajjiż inġenerali, riformi li bdew minn Boffa u saru wkoll l-ewwel passi f’laqgħat tad-delegati Labursti fejn flimkien inġabru policies għall-ewwel benefiċċji soċjali fil-pajjiż.

Qal li dan huwa moviment li qatt mhu se jieqaf jaħdem għall-ġid tan-nies.

“Kien hemm min ħaseb li wara disa’ snin dan il-moviment kien se jieqaf ikun moviment tan-nies u għan-nies. Li forsi se tikbrilna rasna jew ninsew l-għeruq tagħna.  Kien hemm min qal li aħna baħħara tal-bnazzi jew li ksibna suċċess b’kumbinazzjoni jew minħabba fihom. Għal dawn in-nies kif ġiet il-pandemija, bdew jgħorku idejhom għax ħasbu li se nagħmlu bħalhom li meta ġie l-għawġ tefgħu l-piż u bdew jgħakksu lill-poplu. Dawn kienu, għadhom u jibqgħu li l-uniku interess tagħhom huwa li jiksbu l-poter akkost ta’ kollox. Dan il-partit tagħna ilu għal aktar minn 100 sena jiġġieled għad-drittijiet tal-poplu tagħna u ksibna fuq li ksibna.”

Qal li bħala Ministru tal-Ekonomija din il-ġimgħa ħassu kburi bir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li qal li fost il-pajjiżi kollha tal-UE, Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku.

“Imbagħad jiġi ħaddiehor jgħidilna li qed inberbqu… li qed inkissru pajjiż. Dawn in-nies huma l-istess nies li minn kull sfida għamlu katastrofi. Aħna minn kull sfida ndawruha f’opportunità u hekk se nibqgħu nagħmlu,” qal il-Ministru Schembri.

Qal li fl-2020, kien hemm 8,300 persuna jaħdmu fl-industrija tal-gaming. Dan in-numru żdied għal 10,300 persuna s-sena l-oħra. 2,000 persuna ġdida li f’dan is-settur f’sena waħda biss. “Ħaddieħor beżżgħana li se jitilqu l-kumpaniji… aħna ħdima biex ġibna aktar kumpaniji f’pajjiżna.”

Sport