Saturday, December 21, 2024

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 41 sena residenti l-Belt Valletta, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqt li kien qed jaħdem f’bitħa waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq scaffolding li kien fuqu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am fi Triq Claire E. Engel, San Ġiljan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Ekonomija

Sport