Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m weġġa’ f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ madwar sular għoli.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ