Thursday, July 30, 2026
Home Aktar Ħaddiem isofri grieħi ġravi f’barriera

Ħaddiem isofri grieħi ġravi f’barriera

0
783

Raġel indarab gravi wara li aktar għall-ħabta tal-kwarta, kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Wied Filep, limiti tan-Naxxar.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena, residenti l-Imġarr, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xogħol b’makkinarju fil- barriera.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u b’ambulanza r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.