Saturday, May 18, 2024

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara li weġġa’ bi grinder ġo fabbrika fil-Gudja

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-9:45 a.m. kien involut f’inċident f’Dawret il-Gudja, il-Gudja. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem Indjan ta’ 54 sena weġġa’ jdejh bi grinder waqt li kien qed jaħdem fil-fabbrika.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-ħaddiem  sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport