Friday, November 15, 2024

Ħaddiem iweġġa’ f’inċident fil-kumpless tal-WasteServ fin-Naxxar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħaddiem kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut involut f’inċident li seħħ fil-kumpless tal-WasteServ fin-Naxxar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li raġel ta’ 49 sena sofra xi ġrieħi wara li waqa’ fuqu tajer ta’ gaffa waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza tagħhom lill-ħaddiem.

Huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Ekonomija

Sport