Wednesday, December 25, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi waqt li kien qiegħed juża xi makkinarju f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Ħaddiem weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-9:00 a.m kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, Ħal Għaxaq.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 47 sena mill-Maċedonja residenti Wied il-Għajn, sofra xi ġrieħi f’idu ma’ xi makkinarju waqt li kien qiegħed jaħdem.

Huwa ngħata l-ewwel assistenza minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport