Friday, April 26, 2024

Żewġt irġiel u mara arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Żewġt irġiel u mara ġew arrestati lbieraħ mill-Pulizija waqt operazzjoni b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.

F’din l-operazzjoni, il-Pulizija sabet madwar 220 pakkett b’sustanza suspettata kokaina, pilloli suspettati li huma ecstasy u madwar €23,000 fi flus kontanti. Instabu wkoll oġġetti ta’ valur u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

Aktar kmieni llum, il-Pulizija ressqet raġel minnhom, li għandu 24 sena, il-Qorti b’akkużi relatati mal-każ, fejn wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.

Sport