Wednesday, April 24, 2024

Il-PL isellem il-memorja tal-Eks Ministru Daniel Micallef

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tat-tabib Daniel Micallef, eks Speaker u eks Ministru Laburista.

Micallef jibqa’ mfakkar kif tul ħajtu sawwar prinċipji soċjalisti b’saħħithom tal-Partit u baqa’ dejjem viċin in-nies.

Huwa kien ukoll strumentali f’temi importanti f’pajjiżna bħall-ambjent. Huwa serva wkoll ta’ Aġent President u Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan. Kien ukoll membru attiv fil-Kunsill tal-Ewropa fejn okkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Assemblea Ewropea.

Il-Partit Laburista jibgħat il-kondoljanzi sinċiera lid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef u dawk l-aktar qrib tiegħu.

Sport