Monday, April 29, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li nqabad bejn lifter u trakk

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena residenti Birkirkara kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tat-8.30am inqabad bejn lifter u trakk.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Clarens, il-Pietà.

Jidher li huwa nqabad bejniethom meta allegatament kien qed jirranġa l-lifter.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport