Saturday, May 25, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vann f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 74 sena residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Anna, f’Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħal Tarxien stess.

Tim mediku assista lir-raġel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadħom għaddejjin.

Sport