Sunday, May 5, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 34 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi, waral li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Franġisk f’Ħal Tarxien

Minn stħarriġ illi sar, rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Sym misjuq mill-vittma u Toyota Ist misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport