Monday, April 29, 2024

Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta

Aqra wkoll

Dalgħodu, id-Deputy Speaker tal-Kamra tad-Deputati, David Agius, mexxa l-fażi finali ta’ Eko Skola 2024 fil-Parlament ta’ Malta.

Dan il-programm edukattiv dwar l-ambjent Eko Skola tnieda 22 sena ilu minn Nature Trust – Malta fl-2002. Sentejn wara, fl-2004, il-fażi finali ta’ Eko Skola bdiet issir fil-Parlament ta’ Malta. Għalhekk, Nature Trust – Malta, qed tiċċelebra l-għoxrin sena mindu s-sezzjoni finali ta’ Eko Skola bdiet issir fil-Parlament.

Id-Deputy Speaker irrefera għall-qagħda preżenti fid-dinja bħala xejn tajba. Apparti l-konflitti mxerrda mad-dinja kollha, l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jolqtu ħażin li l-iżvilupp uman, inkluż l-ambjent. Tinħass dejjem l-urġenza li jittieħdu deċiżjonijiet importanti, inklużi miżuri preventivi biex iħarsu u anke ntejbu l-ambjent ta’ Malta għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-parteċipanti tfal u żgħażagħ iddiskutew mozzjoni li għamlet referenza għal għadd ta’ għanijiet strateġiċi. Dawn huma:

  • Tranżizzjoni lejn Ekonomija Newtrali għall-Klima, Ekoloġija u Blu;
  • Lejn Preservazzjoni tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli u l-Wirt Kulturali;
  • Niżguraw Ħajja b’Saħħitha u Benesseri għal Kulħadd;
  • Naċċeleraw it-Transformazzjoni Diġitali, il-Mobilità Intelliġenti u l-Konnettività; u
  • Niksbu Ġustizzja Soċjali u Prosperità għal Kulħadd.

Din l-edizzjoni ta’ Eko Skola fil-Parlament ġiet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela, il- Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Randolph De Battista M.P., Justin Schembri M.P., u Rebekah Borg M.P.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport