Monday, April 29, 2024

Imħabbra l-lista ta’ coaches għall-kampjonati mondjali tal-Blackball

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ħabbret il-coaches li se jkunu qed jieħdu ħsieb it-timijiet fil-kategoriji rispettivi hekk kif ftit tax-xhur oħra pajjiżna jospita l-Kampjonat Mondjali tal-Blackball f’Novembru li ġej.

Glenn Axiaq hu l-uniku wiċċ ġdid fost il-coaches maħtura hekk kif se jkun qed imexxi lit-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena. Mill-banda l-oħra, coaches oħra ġew ikkonfermati mat-timijiet rispettivi tagħhom.

Clevion Micallef se jkun qed imexxi lit-tim tal-irġiel filwaqt li Malcolm Parnis se jkun responsabbli mit-tim ta’ ‘l fuq mill-40 sena. Ismael Hatherly hu l-kowċ tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena filwaqt li Teemor Mifsud se jibqa’ jmexxi lit-tim tal-Grandmasters ta’ ‘l fuq minn 60 sena.

Fit-timijiet taż-żgħażagħ, Alessio Magro se jmexxi lit-tim ta’ taħt il-15-il sena u Roderick Tanti dak ta’ taħt it-18-il sena. Finalment it-tim tan-nisa se jkun fdat f’idejn Darren Micallef.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport