Monday, April 29, 2024

Erba’ plejers fl-ewwel post fil-Premier League of Darts

Aqra wkoll

Erba’ plejers jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tar-round ewlieni tal-Premier League of Darts tal-Irġiel wara li kisbu l-ewwel rebħiet fl-impenji rispettivi tagħhom.

Fil-fatt, il-holder Norbert Attard beda b’żewġ rebħiet tajbin kontra Kevin Aquilina 4-0 u Jonathan Bilocca 4-2, l-istess bħalma għamel Jonathan Bilocca li kien aħjar minn Alfred Muscat (4-3) u Tony Borg (4-2).

Il-finalist tas-sena l-oħra, Albert Scerri lagħab tliet logħbiet fejn wara li tilef kontra ibnu Enrico 4-2, rebaħ lil Kirsten Aquilina 4-3 u Alfred Muscat 4-0.

Enrico Scerri wkoll jinsab fl-ewwel post hekk kif kiseb rebħa oħra kontra Kirsten Aquilina 4-2.

F’logħba oħra, Tony Borg għeleb lil Kevin Aquilina 4-3.

Mill-Premier League of Darts femminili, Lilian Abela tinsab fl-ewwel post wara li rebħet il-logħbiet kollha tagħha. Hi għelbet lil Dorianne Scicluna 3-1, Marconia Zammit Borg 3-2 u Bev Keen 3-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport