Friday, December 13, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ fuqu xi makkinarju f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident fi scrapyard fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Luqa.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel mill-Mali ta’ 30 sena u residenti Raħal Ġdid, ġarrab xi ġrieħi wara li makkinarju li kien fuq fork lifter, waqa’ fuqu. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport