Wednesday, April 24, 2024

MIN MA JBIDDILX JITQAMMEL

Aqra wkoll

Ftit tal-ġranet ilu f’intervista online, Lawrence Gonzi ssuġġerixxa li l-Partit Nazzjonalista għadu bil-mentalita’ li huwa partit fil-gvern, il-bidla fil-mentalita’ u l-ħsieb li partit irid jagħmel għadha ma seħħitx. Fi kliemu stess, il-Partit Nazzjonalista għadu ma fehmx x’inhu l-irwol tal-oppożizzjoni, kif għandu jiffunzjona partit fl-oppożizzjoni. Skond Dr. Gonzi, wara tista’ tgħid disa’ snin fl-oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista għadu ma aġġustax lilu nnifsu biex jaqdi l-funzjoni mportanti ta’ oppożizzjoni b’mod effiċjenti. Ikolli ngħid li tal-inqas f’din ma nistax ma naqbilx ma Dr. Gonzi. Ma rridx inpoġġi kliem f’ħalq eks-Prim Ministru, imma fi ftit kliem qed ngħidu li l-PN għadu ma qabadx art. Jekk wieħed isegwi l-andament tas-seduti parlamentari wieħed jifhem iżjed. 

Bħal dawk kollha li jsegwu l-politika mill-qrib, fl-aħħar ġranet segwejt b’interess id-dibattitu parlamentari dwar l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu anti-deadlock. Dan il-mekkaniżmu huwa ntenzjonat sabiex fejn jibqa’ ma jintlaħaqx qbil fuq irwoli kostituzzjonali bħal dak tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, l-iżblokk jintlaħaq permezz ta’ vot parlamentari sempliċi. 

Ikolli nammetti li l-ewwel seduti fuq das-suġġett ma segwejthomx fid-dettall, għax ma mmaġinajtx li fuq emenda daqstant prattika u pragmatika d-dibattitu kien ser jiġġebbed daqshekk. Meta ma stajtx nifhem għalfejn din qed tikkumplika ruħha daqshekk bdejt insegwi Iżjed. U komplejt nikkonferma kemm Lawrence Gonzi għandu raġun! 

Brian Scicluna
Viċi Chairperson Fondazzjoni Ideat u Membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista 

Hija kważi tad-daħk kif il-Partit Nazzjonalista qed jinterpreta t-terminu ta’ Oppożizzjoni fis-sens letterali tal-kelma! Kull ma jitla’ quddiem il-plenarja jopponuh, kif jgħidu l-ingliżi no questions asked! X’differenza minn meta kien hemm il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni. Issa ninsab konvint li ser issib min idoqq id-diska tas-soltu li l-PL għamel ħamsa u għoxrin sena fl-oppożizzjoni. Lil’ hinn mir-retorika, meta wieħed iqabbel faċli tosserva kif fuq il-maġġoranza tax-xogħol tal-kamra ftit kienu jinqalu’ kontroversji mġebbdin kif qed naraw illum. Il-Partit Laburista kien jopponi fejn hemm bżonn b’argumenti sodi u alternattivi għal dak li kien jippreżenta l-gvern tal-ġurnata. Kont nippretendi li flok tqabbel il-Prim Ministu ma’ Hitler, l-iktar rappreżentanta żagħżugħa tal-oppożizzjoni jkollha linja ta’ ħsieb differenti u tkun effettiva fl-oppożizzjoni tagħha billi tippreżenta l-opinjoni taż-żagħżagħ dwar kif għandu jissolva żblokk f’ħatra tant importanti. Ma kontx nippretendi li l-istess nies li ħatru ndividwu integru fl-irwol ta’ Prim Imħallef u jiftaħru kemm huwa effiċjenti, issa joħorġu jattakkawh b’mod personali bi frażijiet tista’ tgħid dispreġġjattivi! Dak li tfisser li tkun fl-oppożizzjoni għall-PN? Inkompli nikkonferma kemm Lawrence Gonzi għandu raġun! 

Ta’ min wieħed ifakkar li l-irwol tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika daħal fis-seħħ fl-2018 taħt amministrazzjoni laburista. Ta’ min issemmi kif f’pajjiżi oħra dan l-uffiċċju ilu jeżisti għal għexieren ta’ snin. Fir-Renju Unit dan l-uffiċċju ilu jeżisti mill-1995, żmien li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista hawn Malta lanqas konna għadna noħolmuh. Fir-Renju Unit, dan l-irwol jinħatar b’vot ta’ maġġoranza sempliċi 

parlamentari fuq rakkomandazzjonijiet ta’ kummissjoni li tinħatar biex tintervista persuni li japplikaw minn jeddhom f’sejħa pubblika għal dan l-irwol. Fil-Kanada l-kandidat għal dan l-irwol jitpoġġa għal vot ta’ maġġoranza sempliċi wara li l-Kabinett jipproponi b’konsultazzjoni mal-mexxejja politiċi kollha. Fi Franza, dan l-irwol jimtela permezz ta’ digriet tal-President; wieħed ma jridx jinsa li l-President fis-sistema politika Franċiża għandu rwol ferm differenti minn ta’ Malta. Allura f’Malta din il-kontroversja kollha għaliex? Sa issa dan il-Kummissarju jinħatar wara vot biż-żewġ terzi tal-kamra. Donnu jekk tkun ġej mill-kamp tal-PN, vot biż-żewġ terzi jkun faċli. Li qed jiġi proponut huwa sempliċiment mod kif f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil parlamentari, li probabilment jirriżulta mill-fatt li l-oppożizzjoni tkun għadha ma aċċettatx l-istat ta’ fatt li spiċċat fih għaxar snin ilu, flok dan l-uffiċċju jitħalla vojt kif issa ilu għal ftit xhur, jimtela b’vot parlamentari sempliċi. 

Fehmet l-oppożizzjoni li r-riskju għad demokrazija huwa ikbar jekk dan l-uffiċċju jitħalla battal? Min hu d-dittatur eżattament? Min qed jipprova jintroduċi mekkaniżmu ta’ żblokk jew min intenzjonalment ħaseb li jekk isabbat saqajh ser taddi tiegħu? Għadni sal-lum il-ġurnata qed nipprova nifhem il-kif u l-għaliex f’daqqa waħda l-Kap tal-Oppożizzjoni rrevoka l-appoġġ li oriġinarjament kellu għan-nomina ta’ dan l-irwol. Imma Lawrence Gonzi qalha sew, it-transizzjoni fil-mentalita’ tal-PN għadha ma saritx! U dan wara li mbidel ma nafx kemm il-Kap. Imma forsi Tal-Pieta mhux il-Kap imexxi, ma nafx 

Sport