Thursday, April 25, 2024

Ir-Russja tkompli tattakka lill-Ukrajna b’sensiela ta’ missili oħrajn  

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ħamis filgħodu r-Russi sparaw aktar minn 30 missila oħra fuq l-Ukrajna. Minħabba f’hekk l-awtorijtajiet Ukreni appellaw liċ-ċittadini biex jevitaw li joħorġu fit-toroq u biex jibqgħu jistkennu fix-xelters.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, il-President Ukren Zelensky irringrazzja lill-pajjiż tal-Punent għall-appoġġ militari li qed tingħata lill-Ukrajna. Huwa sostna li t-tankijiet tal-gwerra għandhom jaslu l-Ukrajna malajr kemm jista’ jkun. Fl-istess messaġġ li Volodymyr Zelensky wassal tard billejl għamel appell lil pajjiżi tal-Punent biex apparti t-tankijiet tal-gwerra, jibagħtu fighter jets u missili li jkunu jistgħu jisparaw fuq distanza twila.  

Kelliem għar-Russja qal li dawn il-wegħdiet ta’ tankijiet tal-gwerra huma biss provokazzjoni. Min-naħa tiegħu l-President Amrikan Joe Biden wieġeb għall-allegazzjonijiet tar-Russja u qal li l-appoġġ bit-tankijiet tal-gwerra ma jfissirx theddid, anzi juri kemm in-NATO se tkun ta’ sostenn għal Kiev.

Intant fi żvilupp separat, il-UNESCO iddikjarat li l-belt Ukrena ta’ Odesa hija belt ta’ valur storiku dinji li qed titpoġġa’ f’riskju minħabba l-attakki tar-Russi.

Sport