Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:15 p.m., kien involut f’inċident fi Triq il-Creche, Tas-Sliema.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari fuq saqaf tal-ħġieġ li nkiser mal-waqgħa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.