Raġel mill-Pakistan ta’ 40 sena, tilef ħajtu wara li waqa’ minn-għoli ta’ madwar ħames sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq Salvu Astarita, f’Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.