Friday, April 26, 2024

Ħaddiem jixhed li kien l-imgħallem li qalilhom biex ma jċemplux għall-ambulanza

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia kompliet tinstema’ x-xhieda fil-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ tal-ħaddiem li tħalla ferut fuq bankina fi Triq Selmun fil-Mellieħa. Raġel ieħor mill-Gambja li kien qiegħed jaħdem fl-istess sit ta’ kostruzzjoni fejn indarab Jaiteh Lamin qal li l-imgħallem tagħhom qalilhom biex ma jċemplux ambulanza..

Sulayman Dramme xehed kif sema’ lil Lamin jokrob għall-għajnuna u li talbu jċempel għall-ambulanza, iżda żied jgħid li hu ma kienx jaf in-numru tal-assistenza. Qal ukoll li fil-post wasal l-imgħallem u qalilhom li kien se jieħdu hu l-Isptar u wara xi ħin tellgħu fil-vann u telqu.

Skont Dramme, wara ġie ħaddiem ieħor u qalilhom li skont l-imgħallem Glen Farrugia min ma kellux l-karti tax-xogħol seta’ jitlaq. Minn hemm, hu qabad il-karozza tal-linja u telaq lejn id-dar bla ma jaf x’ġara wara.

Sport