Saturday, May 4, 2024

Rebħa kbira minn Manchester City għand Brighton

Aqra wkoll

Barra minn darhom Manchester City għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 4-0 biex telgħu fit-tieni post, punt taħt il-leaders Arsenal, bil-Gunners lagħbu partita aktar.  

Julian Alvarez (62) temm in-nixfa tal-goals tiegħu wara l-mistrieħ biex fl-istess waqt patta għan-nuqqas ta’ Erling Haaland li jinsab imweġġa’ bi problema muskolari.

Kien Kevin De Bruyne (17) li fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras minn 20 metru bogħod filwaqt li Phil Foden (26, 34) skorja doppjetta.  

B’din ir-rebħa, is-Citizens baqgħu biċ-ċans li jirbħu d-double hekk kif jinsabu wkoll fil-finali tal-FA Cup kontra Manchester United.

Barra minn hekk jinsabu wkoll fi triqithom li jagħmlu rekord assolut li jirbħu r-raba’ titlu kosekuttiv … xi ħaġa li ħadd ma għamel fl-istorja tal-football Ingliż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport