Saturday, May 18, 2024

Ħaddiem l-Isptar wara li nieżel il-lift bih erba’ sulari fi Triq Kastilja

Aqra wkoll

Ħaddiem kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’binja, fi Triq Kastilja, il-Belt.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li ħaddiem Rumen ta’ 35 sena kien qed jirranġa l-lift meta għal xi raġuni baqa’ nieżel bih erba’ sulari.

Il-pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati bil-każ u assistew lir-raġel sakemm wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-Rumen u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport