Wednesday, July 24, 2024

Ħaddiema fi sptar rinomat fi New York “jiġġieldu” dwar min se jieħu l-ewwel it-tilqima kontra l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

minn Carmen Cachia 

Bħalissa għaddejjin xnigħat li fi sptar rinomat tat-tfal fi New York kien hemm irregolaritajiet dwar min ħa t-tilqima kontra l-Covid-19 meta suppost hemm lista ta’ persuni stabbiliti bil-prijoritajiet skont il-ħtieġa.

Skont ir-regoli, l-aktar impjegati fil-qasam tas-saħħa li huma esposti għall-virus għandhom ikunu minn tal-ewwel li jitlaqqmu. Jidher però li kien hemm impjegati minn dipartiment f’inqas riskju li bdew jingħataw din it-tilqima.

Dan l-iżball, li seħħ fi żmien 48 siegħa minn mindu waslu l-ewwel dożi f’din il-belt, wassal għal rabja fost il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u anke apoloġija mill-istess sptar.

Il-ġurnal New York Times irrapporta li l-Kap Eżekuttiv tan-“NewYork-Presbyterian Morgan Stanley Children’s Hospital”, Dr Craig Albanese, bagħat email lill-ħaddiema li fiha esprima diżappunt u dispjaċir għal dak li seħħ.

Il-wasla ta’ eluf ta’ dożi tat-tilqima kontra l-Coronaviruss fl-isptarijiet ta’ New York il-ġimgħa l-oħra, intlaqgħet tajjeb ħafna mit-tobba u l-infermiera li ħadmu bla heda fl-ewwel mewġa devastanti f’Marzu u April li għaddew. Iżda din it-tilqima hija limitata u xi sptarijiet jidhru li qegħdin jagħmlu xi żbalji fit-tqassim tagħha.

Sal-ġurnata tal-lum, ħafna mid-dożi li waslu fir-reġjun ta’ New York marru fl-isptarijiet biex ilaqqmu lill-membri tal-istaff tagħhom. Dan huwa proċess meqjus pjuttost faċli mqabbel mal-akbar inizjattiva ta’ tilqim li se ssir fin-nazzjon mis-snin 40.

Id-dinamiċi li qegħdin ikunu riflessi fl-isptarijiet ta’ New York jistgħu jkunu ta’ eżempju għal dak li jista’ jiġri fil-pajjiż fil-futur qarib ladarba l-adulti jingħataw il-perjodu li fih jistgħu jitlaqqmu kontra l-virus.

Għadd ta’ tobba u infermiera fl-isptarijiet ta’ New York esprimew rabja għall-mod kif l-istituzzjonijiet qegħdin iqassmu t-tilqima kontra l-Covid-19 iżda talbu li jibqgħu anonimi fil-kummenti tagħhom minħabba li l-amministrazzjonijiet tal-isptarijiet li jaħdmu fihom qalulhom li lesti li jkeċċu jew iwissu impjegati li jkellmu lill-mezzi tax-xandir fiż-żmien tal-pandemija.

Ekonomija

Sport