Thursday, December 26, 2024

Ħaddiema ta’ X Clean jingħataw €100 bonus bħala rikonoxximent tal-ħidma tagħhom waqt il-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn MARIA AZZOPARDI

B’kollaborazzjoni mal-General Workers’ Union (GWU), il-ħaddiema ta’ X Clean Ltd, li joffru servizz ta’ tindif ġewwa r-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paule u homes oħra ngħataw bonus monetarju ta’ €100 bħala rikonoxximent għall-ħidma siewja tagħhom matul il-pandemija tal-Covid-19.

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel Kenny Muscat qal li dan juri l-apprezzament lejn il-ħaddiema li mhux biss kellhom rwol importanti imma tassew urew dedikazzjoni sħiħa waqt il-pandemija u għalhekk huwa xieraq li jingħataw ir-rikonoxximent ta’ dak li għamlu. Huwa qal li bħala Union jinsabu kommessi biex ikun hemm aktar kollaborazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar iwassal biex kollox ikun strutturat u organizzat. Tant hu hekk li Muscat qal li l-GWU tinsab għaddejja ukoll bil-ħidma fuq ftehim kollettiv li se jkollu numru ta’ benefiċċji fosthom ta’ pensjoni sussidjarja.

Is-sid tal-kumpanija X Clean, Denis Xuereb, faħħar u rringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-servizz li taw u s-sagrifiċċji li għamlu speċjalment matul id-diffikultajiet li kien hawn minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport