Sunday, December 22, 2024

Ħaddiema tal-Enemalta b’ħidma t’emerġenza f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta intalbu jassistu f’xogħol t’emerġenza f’Tas-Sliema wara li substation fil-lukanda Preluna ġarrbet ħsarat, kawżati minn xogħlijiet ta’ konstruzzjoni biswit din is-substation.

Kawża tal-ħsarat, numru ta’ konsumaturi tal-Enemalta jinsabu temporanjament mingħajr elettriku. Immedjatament, l-Enemalta bdiet taħdem sabiex toffri servizz t’elettriku temporanju permezz ta’ generators.

L-Enemalta se tkun għaddejja b’xogħlijiet biex il-konsumaturi jinqalbu fuq sorsi alternattivi u tiġi bypassed is-substation li ġarrbet ħsarat estensivi.

Ekonomija

Sport