Wednesday, July 24, 2024

Dan kien rebħ ta’ kampjonat storiku – Josephine Diaby

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Caffe Moak Luxol huma r-rebbieħa tal-kampjonat tan-nisa tal-basketball meta fil-finali għelbu lil Depiro bl-iskor ta’ 65-51, biex b’hekk ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta’ 3-2 fuq ħames finali … u dan war li kienu tilfu l-ewwel żewġ finali.

Dan is-sit għamel kuntatt mal-captain ta’ Luxol, Josephine Diaby, li tatna iktar dettalji rigward dan ir-rebħ tal-kampjonat:

”Kien staġun tal-ġenn u twil għalina lkoll imma ninsab kuntent ħafna li rnexxienna nirbħu l-kampjonat. Naħseb li dan kien rebħ ta’ kampjonat storiku għax li tirritorna minn distakk ta’ 2-0 mhix ċajta. Depiro kellhom grupp tajjeb ħafna u naħseb li kellhom l-aqwa tim li qatt kellhom. Irnexxielna finalment insibu xi ħaġa li twaqqafhom milli jirbħu kontra tagħna u dik l-istess ħaġa fid-difiża tatna l-opportunità li nirbħu l-aħħar tliet logħbiet.”

“Kellhom plejer barranija b’saħħitha ħafna ġewwa ż-żona iżda li twaqqafha kienet waħda miċ-ċavetta biex tirbaħ dan il-kampjonat. Għamilniha bħala tim u ma nistax inkun aktar kburija b’dan it-tim. Il-plejers żgħażagħ ta’ Luxol huma grupp ta’ tfajliet umli lesti jitgħallmu. Personalment l-istaġun tiegħi ma kienx wieħed mill-aqwa imma lħaqt il-quċċata fil-ħin it-tajjeb u ma stajtx inkun aktar kuntenta li tajt li stajt u m’għandi l-ebda dispjaċir.”

“Meta nħares lejn il-familja u l-ħbieb tiegħi inħossni ferħana imma r-rebħ jagħmel is-sagrifiċċji kollha ħafna aktar jiswew u rebħiet bħal dawn għandhom ħafna aktar valur.”

Ekonomija

Sport