Wednesday, July 24, 2024

Al Ahly jirbħu l-CAF Champions League

Aqra wkoll

L-Eġizzjani ta’ Al Ahly rebħu l-CAF Champions League meta fil-finali għelbu lit-Tuniżini ta’ Esperance 1-0. L-uniku gowl li ddeċieda l-logħba ġie skorja permezz ta’ awtogowl ta’ Roger Aholou.

Dan kollu wara li fl-ewwel leg tal-ġimgħa l-oħra, il-logħba kienet spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls. Kien hemm festeġġjamenti kbar fl-Eġittu wara dan it-12-il suċċess fl-istorja tagħhom u t-tieni wieħed konsekuttiv.

Fil-fatt, it-tim immexxi minn Jan Koller kien iltaqa’ kontra l-istess Esperance fl-istaġun li għadda u anke hemm kiseb rebħa kontrihom.

Ekonomija

Sport