Wednesday, July 24, 2024

Barcelona jfittxu assistant coach għal Hansi Flick

Aqra wkoll

Barcellona se jippruvaw jgħinu lill-kowċ il-ġdid tagħhom Hansi Flick billi jtuh iċ-ċans jagħżel l-assistent kowċ ideali għalih. S’issa l-ġurnali Katalani qed isemmu tliet individwi li potenzjalment jistgħu jingħaqdu mal-Katalani biex jassistuh u dawn huma Thiago Alcantara, Marc Bartra u Javi Martinez.

Thiago ħadem seba’ snin ma’ Flick bħala plejer ma’ Bayern Munich u jista’ jgħaqqad il-karriera ta’ plejer ma’ dik ta’ assistent kowċ b’Bartra li wkoll ħadem mal-istess Flick għalkemm qed jikkunsidra li jirtira mill-futbol.

L-aħħar għażla tista’ tkun Martinez li għadu ftit indeċiż x’tista’ tkun it-triq ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport