Wednesday, July 24, 2024

Florian Wirtz ivvutat bħala l-aqwa żagħżugħ fil-UEFA Europa League

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv Florian Wirtz ġie vvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ tal-UEFA Europa League 2023/2024. Hu għandu 21 sena u jilgħab ma’ Bayer Leverkusen li fil-finali kontra Atalanta tilfu 3-0.

Minkejja kollox, Wirtz spikka ferm fit-tim ta’ Xabi Alonso biex wassal lit-tim sal-finali filwaqt li fi staġun globali hu lagħab 48 partita u skorja 18-il gowl filwaqt li wettaq 20 assist. Fil-UEFA Europa League hu skorja erba’ gowls u kkontribwixxa f’erba’ assists fi 11-il logħba f’din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport