Wednesday, July 24, 2024

Bayern Munich interessati f’Jack Grealish

Aqra wkoll

Bayern Munich qed isegwu sew il-progress tal-attakkant Ingliż Jack Grealish. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u hu meqjus bħala plejer versatili hekk kif apparti attakkant, kapaċi jilgħab bħala winger u midfielder.
Dan il-plejer ftit sab spazju fil-kampjonat Ingliż mat-tim tiegħu Manchester City hekk kif lagħab biss 20 partita. Hu skorja tliet gowls u wettaq tliet assists ma’ tim li fih hemm kompetizzjoni kbira speċjalment fuq quddiem.

Grealish taf togħġbu l-idea li jilgħab fil-Bavarja anke għax ikollu aktar ċans ikun regolari.

Ekonomija

Sport