Wednesday, July 24, 2024

Chelsea u Man Utd wara difensur Arġentin

Aqra wkoll

Chelsea u Manchester United jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur żagħżugħ ta’ Boca Juniors Aaron Anselmino. Dan tal-aħħar għad għandu 19-il sena li matul dan l-istaġun lagħab l-ewwel żewġ partiti mal-kbar tal-klabb Arġentin. Hu meqjus bħala difensur b’saħħtu minkejja l-eta’ tenera li għandu bl-iskawts tar-Red Devils u l-Blues li marru jarawh personalment f’Estadio La Bombonera fejn baqgħu impressjonati bit-teknika tiegħu.

Anselmino minn dejjem stqarr li l-ħolma tiegħu hu li jilgħab fl-Ewropa u jidher li dan kollu jista’ jseħħ ġaladarba wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet Ingliżi jakkwistah.

Ekonomija

Sport