Tuesday, December 24, 2024

“Ħadt gost nara poplu aktar miftuħ għas-sehem ta’ kulturi differenti f’pajjiżna”

Il-Prim Ministru jappella favur l-umanità li ma tiddistingwix bejn ħajja u oħra

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru waqt li kien qiegħed jitkellem fit-tieni edizzjoni tal-konferenza Nazzjonali ‘L-Istat tan-Nazzjon’ qal li ħa gost jara poplu aktar miftuħ għas-sehem ta’ kulturi differenti f’pajjiżna iżda jemmen li għadna kemmxejn ‘il bogħod milli ngħidu li wassalna. “Nemmen li fil-mument li ma tirnexxix din il-ħidma kontra t-traffikanti tal-bniedem li l-popli jerġgħu jibdew jingħalqu fihom infushom. Dik hi xi ħaġa li ma rriduhiex. Għax b’soċjetà inklussiva għandna nifhmu wkoll persuni mhux Maltin li jiġu hawn sabiex jgħixu, jaħdmu, jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. Dawn huma lkoll ħutna. Irridu nkunu ċari kontra l-isfruttament tal-bniedem.”

“Irridu nieqfu nistaqsu l-misħuta domanda jekk dawk il-persuni involuti f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol humiex Maltin”, kompla biex jgħid Dr Abela filwaqt li saħaq li rridu nistmaw lil kulħadd b’umanità għax m’hawnx ħajja li għandha valur aktar minn oħra.

Il-Prim Ministru temm jgħid li ebda nazzjon mhu perfett, imma żgur li dak tagħna hu nazzjon li aħna kburin bih. Fuq kollox qal li jinsab fiduċjuż li flimkien se nibnu ġejjieni sabiħ għal kulħadd.

Ekonomija

Sport