“Ħafna ħaddiema jafu d-dinjità tax-xogħol grazzi għall-isforzi ta’ Tony Zarb. Mhux dejjem qbilna, iżda r-rispett ma jmut qatt. L-unjins jibqgħu essenzjali għad-drittijiet tal-ħaddiema”. Dan kien il-kumment li għadda is-soċjologu Michael Briguglio hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Tony Zarb.
Tony Zarb ngħata l-aħħar tislima lbieraħ fil-Furjana. Il-korteo beda mill-Isptar sal-bini tal-GWU fejn hemmhekk ngħata l-aħħar tislima li tixraqlu fit-tieni dar tiegħu sakemm ittieħed għall-quddiesa tal-funeral fil-knisja tal-Furjana.