Wednesday, March 27, 2024

“Ħaġa waħda nitolbok… Qatt titlaqni minn taħt ħarstek”; Bint Miriam Pace b’poeżija kommoventi biex tfakkar lil ommha

Aqra wkoll

“Ħaġa waħda nitolbok… Qatt titlaqni minn taħt ħarstek”. Kien b’dan il-kliem li Ivana Portelli, bint Miriam Pace fakkret lil ommha. f’poeżija li hija kitbet u ddedikat lil ommha fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

Miriam Pace, omm ta’ żewġt itfal li kellha 55 sena, nhar it-2 ta’ Marzu li għadda kienet f’darha meta ġġarrfet il-binja li tinsab fi Triq Joseph Abela Scolaro. Kien madwar tmien siegħat wara li l-mara nstabet qalb it-tifrik.

Intant wara 43 jum mit-traġedja li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace l-Pulizija ressqet fil-Qorti erba’ persuni u akkużathom bil-qtil involontarju tagħha.

Tnejn mill-akkużati huma periti, Roderick Camilleri ta’ 36 sena mir-Rabat u Anthony Mangion ta’ 72 sena mill-Gżira b’tal-ewwel kien il-perit tal-proġett fis-sit biswit id-dar ta’ Pace mentri tat-tieni is-Site Technical Officer tal-istess proġett.

Magħhom ġew akkużati wkoll Ludwig Dimech ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ li kien il-kuntrattur u Nicholas Spiteri ta’ 42 sena mill-Imqabba li kien qed jaħdem fis-sit.

L-erbgħa li huma ġew mixlijin li fit-2 ta’ Marzu li għadda, għall-ħabta tas-2.20 p.m. fis-sit li jinsab bejn Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun u Triq Antonio Miruzzi f’Santa Venera, bi traskuraġni ikkaġunaw il-mewt ta’ Pace li kellha 54 sena.

Huma ġew akkużati ukoll li fl-istess jum, u fil-ġimgħat ta’ qabel, ikkaġunaw ħsara fil-proprjeta tal-istess vittma u ta’ żewġha Carmel kif ukoll f’dawk ta’ David Zerafa, Rosaria Zerafa, John Sammut, Grace Sammut, Joseph Sammut u tal-kumpanija Edu Centre Limited.

Iż-żewġ periti u Dimech kienu mixlijin ukoll li għamlu dikjarazzjoni falza  f’dokument maħsub għal awtorita pubblika, l-istess żewġ periti u Spiteri li anke naqsu milli joservaw dikjarazzjoni tal-metodu relatat max-xogħol li kien għaddej mentri l-Perit Mangion waħdu kien mixli wkoll li naqas li jkun preżenti fuq is-sit meta kienu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw ir-riskju dwar ħsara lil terzi persuni.

Ekonomija

Sport