Wara eżamijiet mediċi li saru fuq il-midfielder offensiv ta’ Inter, Hakan Calhanoglu, sar magħruf li dan il-plejer Tork jista’ jirritorna man-Nerazzurri fil-11 t’April li ġej proprju għall-ewwel leg tal-fażi tal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League kontra Benfica.
It-tobba qalu li Calhanoglu għandu jibqa’ mistrieħ għal ftit jiem oħra u dan ifisser li hu se jitlef il-konfronti kontra Fiorentina, Juventus u Salernitana.