Il-playmaker ta’ Chelsea, Hakim Ziyech, qed jinsisti biex iħalli l-club u jingħaqad ma’ AC Milan matul dan is-sajf.
Il-player ta’ 29 sena qatta’ l-aħħar sentejn fi Stamford Bridge minn meta ngħaqad magġhom għas-somma ta’ £36-il miljun mingħand Ajax, iżda tħabat biex jikseb post regolari fil-formazzjoni inizjali tal-Blues.
Ziyech beda biss 27 mis-46 dehra tiegħu fil-Premier League, inklużi 14-il partita biss matul l-istaġun li għadda, u rreġistra biss sitt goals u sitt assists fl-ogħla diviżjoni Ingliża.