Saturday, July 25, 2026
Home Sport Hakim Ziyech lejn il-Qatar

Hakim Ziyech lejn il-Qatar

0
107

Hekk kif Victor Osimhen ingħaqad ma’ Galatasaray u ngħata merħba kbira jumejn ilu fl-ajruport ta’ Istanbul, attakkant ieħor se jkun qed jitlaq lill-ġganti Torok minħabba li qed jirrealizza li l-ispazju tiegħu fit-tim se jkun limitat. Dan hu l-attakkant Marokkin Hakim Ziyech li qed jinteressa diversi klabbs mill-Qatar.

Ziyech bħalissa jinsab fil-belt kapitali Marokkina Rabat jitħarreġ mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Hu ftit sab spazju ma’ Galatasaray u issa qed jistenna aktar informazzjoni mingħand l-aġent tiegħu sabiex jagħmel iċ-ċaqliqa lejn il-Qatar.