Ftit tal-ħin ilu diversi żoni f’Malta ntlaqtu minn ħalba xita bis-silġ irqiq.
Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ qalet li dan qed iseħħ hekk kif l-arja kiesħa mill-Balkani tkompli tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
Aktar qabel l-istess paġna qalet li mewġa polari Siberjana ġabet temp kiesaħ ħafna u borra fir-reġjun kollu tal-Balkani partikolarment fil-Greċja u anke t-Turkija.
Qalet li t-tarf ta’ din il-mewġa kiesħa mistenni jilħaqna matul il-lejl li ġej u l-jum t’għada mistenni li jkun l-aktar kiesaħ ta’ din ix-xitwa, b’temperatura massima ta’ 10°C u dik minima ta’ 4°C (li fir-riħ tinħass 0°C).